Il-Basal

Grazzi għall Joseph Farruġia

Kif wieħed jgħżel il-basal biex iħawwel għal bont (żerriegħa), Fejn iħawwel u kif u x’għandu jagħmel biex jindukrah .

Mela l-ewwel ħaġa hija l-għażla ta’ basal li trid iż-żerriegħa minnu . Jekk tridu basal li ma jaħraqx u li anki fit-tisjir ikun ħelu mela l-għażla għanda tkun mill-abjad. Mhuwiex komuni imma jintuża ħafna meta jkun aħdar . niexef ma nirrakomandax li iżżommuħ fit-tul għax ma’ jżommx u jibda jitħassar.

Hemm l-aħmar , il-vjola skur li jżomm fit-tul u hemm ukoll isfar li jżomm għal ftit ukoll. Fattur importanti huwa il-post fejn jintrefa li jrid ikun xott u arjuż .

Basla għall-bont trid tagħżel u l-ahjar basla ghat-taħwil huwa dak tal- forma langasija ( lanqasa) biex in-nisel jibqa ta’ forma sabiħa u ta’ quddiem nies. jekk tgħażlu basal ċatt qisu mgħaffeġ dak ikompli jiċċattja u jekk tħawlu basal twil u irqieq dak ikompli jirqaq .

It-taħwil irid isir mit-tieni ġimgħa ta’ Diċembru sa nofs Jannar idejalment u l-għażla tal-post importanti wkoll , anzi ħafna ! Sibu ħajt kenni li huwa xemxi ħafna u wara’ li għażiltu dak li sejrin tħawlu għamlu naqra ta’ ħofra daqs ponn u għodsu il-basla li il-quċċata tagħha tibqa’ tidher fil-wiċċ. l-ahjar qies bħala bogħod huwa ta’ żewġ piedi (60cm) minn waħda għall l-oħra u pied (30cm)il barra minn mal-ħajt ħalli ma jifgawx lil xulxin meta jiffullaw bil- weraq . tajjeb li tbegħdu minħabba mard tal-moffa li jattakkaħ.

Hawn min ma jkunx irid ibixx imma jekk m’intomx lesti li tbixxuħ minhabba il-moffa tistaw ma tħawlu xejn mal l-ewwel , jattakka kemm il weraq u kemm il bsaten tal bont , jinkiser il bastun ma l-ewwel nifs ta riħ u addiju ix-xogħol.

Meta il-basal ikun komdu fil-post joħroġ diversi bsaten tal-bont , ġieli sa anki seba jew tmienja minn basla waħda , għalhekk importanti li jkun imbiegħed ħalli jibqa arjuż u jitnaqqas il mard.

Meta jgħqqad il bont u timla iż-żerriegħa tinduna li jkun wasal għax iż-żerriegħa tkun kważi ser taqa weħidha mill-bont , aqtaw il-bont ezatt minn taħta u komplu nixfuha fil-filoxx ħalli iż-żerreigħa li-taqa’ ma’ tintilifx. Farku il bont niexef b’idejkhom , għorku u għarblu il-frakk, derruh fir-riħ li ma’ jkunx qawwi bosta .

Meta jasal iż-żmien tal-ħammiela tal- basal trid tipprepara iż-żerriegħa biex tintagħżel dik mimlija minn dik vojta itfaw iż-żerriegħa f’barmil ilma , dik li tgħereq tkun tajba għax mimlija u dik tal-wiċċ saffuha u armuha għax vojta. Il-ħmiemel għax-xitel isiru ghall-aħħar t’Awissu sa l-aħħar ta’ Settembru fejn naraw li Settembru hu l-aħjar.

IMPORTANTI !

Il ħasla taż-żerriegħa għamluha biss meta sejrin tagħmlu il-ħmiemel għax xitel u mhux qabel ħalli tnaqsu ir-riskju li timmoffa iż-żerriegħa

Basal bill-bont (fjuri)

Leave a comment